Għodod għall-Konsumaturi
In-Numru Uniku Ewropew ta' Emerġenza
Dan huwa n-numru tal-emerġenza ewlieni f'Malta, bħalma hu wkoll fil-pajjiżi kollha tal-UE. Tista' ċċempel fuq dan in-numru minn kwalunkwe telefon ċellulari, linja fissa jew telefon pubbliku bla ħlas, biex tikseb għajnuna immedjata mill-pulizija lokali jew mis-servizzi tat-tifi tan-nar, jew biex issejjaħ ambulanza. Tista' wkoll tibgħat SMS fuq in-numru 79770112. It-tariffi lokali tal-SMS japplikaw meta wieħed juża s-servizz tal-emerġenza permezz tal-SMS. Ikklikkja hawnhekk għal aktar tagħrif dwar in-numru '112'.
In-Numru ta' Verifika tal-Fornitur tas-Servizz
Biex tiċċekkja jekk numru specifiku huwiex abbonat mal-istess fornitur tas-servizz tiegħek, ċempel jew ibgħat SMS bin-numru li tkun trid taf dwaru fuq in-numru ‘180’ (servizz bla ħlas). Bħala riżultat tad-dritt għall-portabilità tan-numri, wieħed ma jistax jassumi li n-numri li jibdew b’ċertu sekwenza ta’ numri huma reġistrati ma’ fornitur tas-servizz partikolari.
Riżultati dwar il-Frekwenzi Elettromanjetiċi
Il-MCA twettaq verifiki dwar il-Kampi Elettromanjetiċi (EMF) b’mod regolari biex tiżgura li l-emissjonijiet ma jaqbżux il-limiti stabbiliti mill-ICNIRP (il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni kontra r-Radjazzjoni Mhux Jonizzanti) fil-linji gwida tagħha dwar l-esponiment massimu tal-pubbliku. Tista’ tara r-riżultati tat-testijiet dwar l-EMF għal kull lokalità billi ssegwi din il-link: Riżultati Dwar il-Frekwenzi Elettromanjetiċi
WiFi Spots tal-MCA
Din l-applikazzjoni ġiet iddisinjata sabiex tgħinek tidentifika l-postijiet f’Malta u Għawdex fejn l-MCA installat WiFi Hotspots. Wifi Spots tal-MCA
Għodda ta' Tiftix tal-Kodiċijiet Postali: MALTAPOST
Segwi din il-link jekk tixtieq tkun taf il-kodiċi postali għal kwalunkwe indirizz f’Malta jew Għawdex: Għodda ta' tiftix tal-Kodiċijiet Postali tal-MaltaPost
Tqabbil tat-Tariffi
ll-link li jmiss tipprovdi l-għodod li teħtieġ biex tagħżel l-aqwa pjan ta’ tariffi għall-bżonnijiet tiegħek relatati mal-komunikazzjoni elettronika f’Malta. Permezz ta’ din il-websajt tista’ tqabbel il-prezzijiet għad-diversi servizzi pprovduti mill-fornituri tas-servizzi, skont il-mod li bih tuża dawn is-servizzi. Tqabbil tat-Tariffi